Qed taħseb biex tibda n-negozju tiegħek stess, jew bdejt riċentament tagħmel dan? Jew forsi inti diġà qed tmexxi negozju b’suċċess u tixtieq testandi f’swieq ġodda, jew tieħu ideat friski?

Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ jista’ jkun għalik!

In-netwerk ta’ negozju u appoġġ finanzjarju Ewropew jista’ jgħinek tagħmel skambju ta’ għarfien u tespandi n-negozju tiegħek.

Programm ta’ skambju Ewropew għal imprendituri

Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ hu programm ta’ skambju transkonfinali li jagħti lill-imprendituri ġodda jew aspiranti ċ-ċans li jitgħallmu minn imprendituri b’esperjenza li jmexxu negozji żgħar f’pajjiżi oħra li qed jipparteċipaw. L-iskambju ta’ esperjenza jseħħ matul żjara mal-imprendituri b’esperjenza, li tgħin lill-imprendituri ġodda akkwistaw il-ħiliet meħtieġa biex imexxu negozju żgħir. L-ospitant jibbenifika minn perspettivi friski dwar in-negozju tiegħu/ha u jieħu/tieħu l-opportunitajiet ta’ koperazzjoni ma’ sieħba barranin jew jitgħallem/titgħallem dwar swieq ġodda.Iż-żjara hi parzjalment finanzjata mill-Unjoni Ewropea.Kemm jekk inti imprenditur ġdid jew b’ħafna esperjenza, il-programm jista’ joffri valur miżjud qawwi għan-negozju tiegħek: benefiċċji possibbli jinkludu skambju ta’ għarfien u esperjenza, opportunitajiet ta’ koperazzjoni minn naħa għal oħra tal-Ewropa, relazzjonijiet kummerċjali ġodda jew swieq barranin.

 

aqra aktar dwar il-programm




Min jista’ jipparteċipa?

  • Imprendituri ġodda, li qed jippjanaw b’konvinzjoni li jwaqqfu n-negozju tagħhom stess jew diġà bdew wieħed fl-aħħar tliet snin.·
  • Imprendituri b’esperjenza li għandhom jew imexxu Intrapriża ta’ Daqs Żgħir jew Medju f’pajjiż ieħor li qed jipparteċipa
 
Apply now
“For me the key to success is to think globally and act locally to launch the business with zest and use the experience gained during my stay in Austria”. “I learned how to target customers and acquired all the ‘know- how’ to manage this type of business and it also helped me learn more about the cycling culture in Western Europe”.
Rimvydas Butkus, Owner Veloblic, Lithuania